Fl-aħħar sigħat, fiequ ħamsa u disgħin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew sitta u disgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ seba’ mija u ħamsa u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, u erbgħin elf, disa’ mija, u erbgħa u erbgħin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija, tnejn u erbgħin elf, u tliet mija u għaxra kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u tletin persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ ħamsa u sittin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.