Fl-aħħar sigħat, fiequ 94 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 572.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 5,766.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,031,293 doża tal-vaċċin, li minnhom, 188,041 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 80 persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Coronavirus, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, fl-aħħar sigħat, mietet anzjana ta’ 69 sena li kienet pożittiva għall-Coronavirus.