Fl-aħħar sigħat, fiequ 94 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 42 każ minn fost 2,361 test.
Dan ifisser li 98.3% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1.7% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 813,463 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 203,553 tilqima. Minnhom, 55,897 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, miet anzjan ta’ 82 sena li kien pożittiv għall-COVID-19 fl-Isptar Mater Dei.