Fl-aħħar sigħat fiequ erbgħa u disgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew ħames mija u tnejn u tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elfejn, disa’ mija u wieħed u disgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, dsatax-il elf, ħames mija, u sbatax-il doża tal-vaċċin, li mija, sebgħa u sebgħin elf, disa’ mija, disgħa u tmenin minnhom kienu tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm sebgħa u erbgħin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ 52 sena u raġel ieħor ta’ 53 sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.