Fl-aħħar sigħat fiequ tnejn u disgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew seba’ mija, tlieta u tletin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tlett elef, sitt mija, tnejn u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, tlieta u għoxrin elf, erba’ mija, sitta u sebgħin doża tal-vaċċin, li mija, wieħed u tmenin elf, mitejn, tmienja u sebgħin minnhom kienu tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa tlieta u ħamsin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.