Fl-aħħar sigħat fiequ 92 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 171 każ minn fost 3,926 test.
Bħalissa hawn 2,373 każ attiv, wara li anki ġew ripatrijati 299 persuna.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,065,162 test.
Ingħataw ukoll 742,361 doża tal-vaċċin. Minnhom, 392,444 persuna ħadu l-ewwel doża u 368,587 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 19-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li anzjana ta’ 73 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19, u kienet qed tingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.