Fl-aħħar sigħat, fiequ wieħed u disgħin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew disgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ seba’ mija, u tlieta u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, tmienja u tletin elf, mija sebgħa u tmenin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u wieħed u erbgħin elf, u erbgħa u ħamsin dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm ħamsin persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mara ta’ sitta u erbgħin sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.