Fl-aħħar sigħat fiequ disgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mitt każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, erba’ mija, u sitta.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u sebgħa u disgħin elf, erba’ mija disgħa u ħamsin doża tal-vaċċin, li mija, tmienja u ħamsin elf, sitt mija u sebgħa minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.