Fl-aħħar sigħat fiequ disa’ persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tmienja u tletin każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma erba’ mija u ħamsa u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija, u ħamsa u disgħin elf, tliet mija u tlieta u erbgħin doża tal-vaċċin, li erbgħa u sittin elf, seba’ mija u sebgħa u disgħin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm erbatax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.