Fl-aħħar sigħat fiequ 9 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 16-il każ.
Il-każijiet attivi bħalissa huma 215.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 878,722 doża tal-vaċċin, li minnhom, 51,932 kienu dożi addizzjonali. L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm 10 persuni bil-Covid li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li 4 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.