Fl-aħħar sigħat, fiequ 89 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 199 każ minn fost 3,207 testijiet.
Dan ifisser li 93.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 6.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 662,126 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 55,709 dożi. Minnhom, 17,843 persuna, ħadu t-tieni doża.
Sadanittant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 74 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.