Fl-aħħar sigħat, fiequ tmin mija u tmienja u tmenin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew seba’ mija u sitta u tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ erbatax-il elf, disa’ mija u tnejn u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mija u erbatax-il elf, u ħames mija u tmienja u tmenin doża tal-vaċċin, li minnhom, mitejn u wieħed u sittin elf, tmien mija u tmienja u tletin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u tlieta u għoxrin persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei u huma pożittivi għall-Covid-19.
Sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ sitta u tmenin sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.