Fl-aħħar sigħat, fiequ tmienja u tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ seba’ mija u ħamsa u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, u erbgħin elf, tliet mija, u sittax-il doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija, tnejn u erbgħin elf, u erbatax kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm ħamsa u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrapportati ebda mwiet relatati mal-Covid-19.