Fl-aħħar sigħat, fiequ sebgħa u tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tliet mija u każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elfejn u tlieta u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u wieħed u ħamsin elf, sitt mija u tlieta u tletin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u sebgħa u erbgħin elf, tmien mija u tmienja kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm sitta u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li wieħed minnhom qiegħed fit-Taqsima għall-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani ta’ tmienja u sebgħin u disgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.