Fl-aħħar sigħat, fiequ 868 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 432 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 13,614.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,139,366 doża tal-vaċċin, li minnhom, 282,983 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 126 persuna li huma nfettati bil-Covid-19 qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Disgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 77 sena, anzjan ieħor ta’ 81 sena u anzjana ta’ 81 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.