Fl-aħħar sigħat, fiequ erbgħa u tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mija u tmienja u tletin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf u tnejn.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u sebgħa u erbgħin elf, mitejn u sitta u tmenin dożi tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u ħamsa u erbgħin elf, tliet mija u tmienja u disgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm ħamsa u tletin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li erbgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġt anzjani ta’ tmenin u disgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.