Fl-aħħar sigħat, fiequ 82 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 1,298 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 7,735.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,043,069 doża tal-vaċċin, li minnhom, 198,772 kienu dożi addizzjonali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 82 persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Coronavirus, li 5 minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.