Fl-aħħar sigħat, fiequ tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tnejn u sebgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tmien mija u wieħed u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u sitta u erbgħin elf, u wieħed u tmenin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u erbgħa u erbgħin elf, seba’ mija u u sitta u għoxrin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm tnejn u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva. Fl-aħħar sigħat, anzjana ta’ tmenin sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.