Fl-aħħar sigħat fiequ tmenin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mitejn, tnejn u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elfejn mija u disgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, tnax-il elf, seba’ mija, wieħed u tletin doża tal-vaċċin, li mija, tnejn u sebgħin elf u tliet mija u sebgħa u ħamsin minnhom kienu tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm tnejn u erbgħin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.