Fl-aħħar sigħat fiequ 8 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 5 każijiet minn fost 2,409 testijiet.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 81 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 910,953 test.
Ingħataw ukoll 468,829-il doża tal-vaċċin.
Minnhom, 301,274 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 175,246 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għas-16-il jum konsekuttiv ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.