Fl-aħħar sigħat fiequ disgħa u sebgħin persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew sebgħa u għoxrin każ, biex b’hekk il-każijiet attivi bħalissa jgħoddu s-sitt mija, tlieta u erbgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw tmien mija u għaxart elef, mija, ħamsa u għoxrin doża tal-vaċċin, li minnhom erbat elef u erba’ mija, u sebgħa u sebgħin kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm ħamsa u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, erbgħa minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ erbgħa u tmenin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.