Fl-aħħar sigħat, fiequ 78 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 832 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 6,519.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,033,533 doża tal-vaċċin, li minnhom, 190,162 kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 83 persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Coronavirus, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, fl-aħħar sigħat, miet anzjan ta’ 88 sena li kien pożittiv għall-Coronavirus.