Fl-aħħar sigħat, fiequ 78 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 194 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1,527.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,250,293 doża tal-vaċċin, li minnhom, 347,009 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 43 persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li tnejn minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ 52 sena u anzjana ta’ 91 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.