Fl-aħħar sigħat, fiequ 75 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 121 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 845.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 1,245,089 doża tal-vaċċin, li minnhom 344,315 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 41 persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, mara ta’ 64 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.