Fl-aħħar sigħat fiequ 74 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 15-il każ minn fost 1,781 test.
Dan ifisser li 99.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 869,063 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 335,848 doża. Minnhom, 107,038 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa żewġ anzjani ta’ 70 sena u 91 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.