Fl-aħħar sigħat fiequ tlieta u sebgħin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tmienja u sebgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, tliet mija, sitta u disgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u tlieta u disgħin elf, tliet mija tnejn u sebgħin doża tal-vaċċin, li mija, erbgħa u ħamsin elf, seba’ mija u tnax minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm sbatax-il persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.