Fl-aħħar sigħat, fiequ 73 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 56 każ minn fost 1,946 test.
Dan ifisser li 97.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 2.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 819,860 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 215,700 tilqima. Minnhom, 59,032 persuni ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar 24 siegħa, miet fl-Isptar Mater Dei, raġel ta’ 55 sena waqt li kien pożittiv għall-COVID-19.