Fl-aħħar sigħat, fiequ tnejn u sebgħin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew tmienja u disgħin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tmien mija
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, u erbgħa u erbgħin elf, erba’ mija u disgħa u sittin doża tal-vaċċin, li minnhom tliet mija, tlieta u erbgħin elf, disa’ mija u disgħin kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm sebgħa u għoxrin persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrapportati ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.