Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u sebgħin persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tnejn u tmenin każ minn fost tlett elef, mija u tnejn u disgħin test, biex bħalissa hawn sitt mija u ħmistax-il każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija, disgħa u erbgħin elf, tliet mija u tmienja u disgħin test.
Ingħataw ukoll seba’ mija, sebgħa u tmenin elf, mija u erbgħa u disgħin doża tal-vaċċin. Minnhom, erba’ mija u disat elef, u ħamsa u disgħin persuna ħadu l-ewwel doża u erba’ mija u sitt elef, tliet mija u ħamsa u għoxrin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sebgħa u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant, fl-aħħar sigħat, ma kienu irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.