Fl-aħħar sigħat, fiequ 709 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 1,144 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 15,065.
Sal-bieraħ, ingħataw (1,106,647 doża tal-vaċċin, li minnhom 254,899, kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 114-il persuna li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, żewġ nisa ta’ 56 u 67 sena mietu waqt li kienu pożittivi għal Covid-19.