Fl-aħħar sigħat, fiequ 704 persuni oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 379 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 9,181.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,175,136 doża tal-vaċċin, li minnhom, 310,012 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 107 persuni li huma nfettati bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Disgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar 24 siegħa, tliet irġiel ta’ 60 sena, 64 sena u 89 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.