Fl-aħħar sigħat fiequ sebgħin persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew wieħed u ħamsin każ minn fost tlett elef u tlieta u disgħin test, biex bħalissa hawn tmien mija, u disgħa u ħamsin (859) każ attiv.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u tnejn u għoxrin elf disa’ mija u erba’ testijiet.
Ingħataw ukoll seba’ mija, sebgħa u sebgħin elf, mija u wieħed u tmenin doża tal-vaċċin. Minnhom, erba’ mija u ħamest elef, u tlieta u sebgħin persuna ħadu l-ewwel doża. Tliet mija, tmienja u disgħin elf, mija u tmienja u għoxrin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm tnejn u erbgħin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tlieta minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
L-età medja tal-każijiet tat-Tnejn kienet ta’ tnejn u erbgħin sena.
Fl-aġġornament tal-lum ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.