Fl-aħħar sigħat fiequ 7 persuni mill-Coronavirus u feġġew 9 każijiet minn fost 2,764 test.
Dan ifisser li issa f’pajjiżna hawn 76 każ attiv ta’ COVID-19.
Fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 939,173 test.
Ingħataw ukoll 546,637 doża tal-vaċċin.
Minnhom, 325,511-il persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 230,594 persuna huma kompletament imlaqqma.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.