Fl-aħħar sigħat fiequ 7 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 4 każijiet minn fost 1,996 test.
Dan ifisser li 99.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 891,075 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 400,118-il doża. Minnhom, 272,025 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 130,537 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.