Fl-aħħar sigħat fiequ sebgħa u sittin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew mija u ħdax-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, erba’ mija u tmienja.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u tmienja u tmenin elf, mija u ħmistax-il doża tal-vaċċin, li mija, disa’ u erbgħin elf, tmien mija erbgħa u tletin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm wieħed u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.