Fl-aħħar sigħat, fiequ sitta u sittin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mitejn u wieħed u ħamsin każ .
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elfejn, ħames mija u disgħa u tletin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u tnejn u ħamsin elf, tmien mija u sebgħa u tletin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u tmienja u erbgħin elf, erba’ mija u disgħa kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm erbgħa u ħamsin persuna l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li persuna minnhom tinsab fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, żewġ anzjani ta’ disgħa u sebgħin u ħamsa u tmenin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.