Fl-aħħar sigħat fiequ 65 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 172 każ minn fost 3,640 test.
Bħalissa hawn 2,497 każ attiv, wara li ġew ripatrijati 97 persuna.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,061,236 test.
Ingħataw ukoll 736,727 doża tal-vaċċin. Minnhom, 389,263 kienu l-ewwel doża u 364,899 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 19-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li mill-166 każ irrappurtati lbieraħ, 126 persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.
L-età medja tal-każijiet tal-Ħamis kienet ta’ 26 sena.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.