Fl-aħħar sigħat fiequ 65 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 24 każ minn fost 1,992 test.
Dan ifisser li 98.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 1.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 851,157 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 288,797 doża. Minnhom, 90,173 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma ġew rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.