Fl-aħħar sigħat fiequ 62 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 13-il każ minn fost 1,584 test.
Dan ifisser li 99.2% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 0.8% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 849,165 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 282,841 doża.
Minnhom, 87,770 persuna ħadu t-tieni doża.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa mietu żewġt irġiel, wieħed ta’ 57 sena u l-ieħor ta’ 81 sena bil-Covid-19.