Fl-aħħar sigħat fiequ wieħed u sittin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew sebgħa u tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, tliet mija u tlieta u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u tmienja u sebgħin elf, seba’ mija u ħamsa u sebgħin doża tal-vaċċin, li mija wieħed u erbgħin elf u mitejn u tlieta u erbgħin minnhom kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm sitta u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.