Fl-aħħar sigħat fiequ 61 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 81 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 1313.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sal-bieraħ, ingħataw 974,618 doża tal-vaċċin, li 135,048 minnhom kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm 22 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.