Fl-aħħar sigħat fiequ sittin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew disgħa u ħamsin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, tliet mija u sebgħa u erbgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u tmienja u sittin elf, mitejn u tmienja u erbgħin dożi tal-vaċċin, li mija u disgħa u għxorin elf, tliet mija u tletin minnhom kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li hemm wieħed u għoxrin persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.