Fl-aħħar sigħat fiequ 60 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 32 każ, biex b’hekk il-każijiet attivi bħalissa huma 718-il każ.
Sal-bieraħ, ingħataw 807,825 doża tal-vaċċin, li 3,468 minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 25 persuna pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar 24 siegħa, anzjana ta’ 88 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.