Fl-aħħar sigħat fiequ 6 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 154 każ minn fost 3,353 test, biex bħalissa hawn 782 każ attiv.
B’kollox, fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,021,801 test.
Ingħataw ukoll 709,131 doża tal-vaċċin. Minnhom, 373,349 kienu l-ewwel doża u 351,395 persuna huma kompletament imlaqqma.
Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.