Fl-aħħar sigħat fiequ ħames mija u disgħin persuna mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mitejn u tletin każ (230).
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ tlett elef, disa’ mija u sitta u erbgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn u erbat elef, ħames mija u ħamsin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u sebgħa u għoxrin elf, mija u tnax kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u żewġ persuni pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-isptar Mater Dei.
Sebgħa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, żewġt anzjani rġiel ta’ sebgħin sena u wieħed u tmenin sena u anzjana ta’ disgħin sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.