Fl-aħħar sigħat fiequ disgħa u ħamsin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tmienja u tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ elf, tliet mija u erbgħa u sittin.
Sal-bieraħ, ingħataw disa’ mija u erbgħa u tmenin elf, tmien mija u ħamsa u disgħin doża tal-vaċċin, li mija u sitta u erbgħin elf u tmien mija u wieħed u sittin minnhom kienu dożi addizzjonali.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li bħalissa hemm tlieta u għoxrin persuni pożittiva għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei; li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Intant fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjan ta’ 73 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.