Fl-aħħar sigħat fiequ disgħa u ħamsin persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew tnejn u erbgħin każ minn tlett elef mitejn u erbgħa u sittin test, biex il-każijiet attivi huma sitt mija, disgħa u sittin.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru miljun, mija u erbgħa u sebgħin elf, tmien mija u tmienja u disgħin test.
Sal-bieraħ, ingħataw ukoll seba’ mija, tlieta u disgħin elf, tmien mija u sitta u sittin doża tal-vaċċin.
Minnhom, erba’ mija u tnax-il elf, mitejn u disgħa u tletin kienu tal-ewwel doża u erba’ mija u ħdax-il elf, u sitta u erbgħin persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm tlieta u tletin persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl -aħħar erbgħa u għoxrin siegħa anzjana ta’ ħamsa u tmenin sena tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.