Fl-aħħar sigħat, fiequ 58 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 15-il każ minn fost 1,449 test.Dan ifisser li 99% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 1% biss ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 860,279 test.
Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 313,279 doża tal-vaċċin. Minnhom, 100,686 tlaqqmu biż-żewġ dożi.
Fl-aħħar sigħat, ma kienet irreġistrata l-ebda mewt ta’ persuna waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19.