Fl-aħħar sigħat, fiequ 575 persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 229 każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 3,597.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,206,841 doża tal-vaċċin, li minnhom, 328,074 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm 105 persuni l-Isptar Mater Dei li huma nfettati bil-Covid-19, li ħamsa minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel anzjan ta’ 70 sena u żewġ nisa anzjani ta’ 84 sena u 91 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.