Fl-aħħar sigħat fiequ 57 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 54 każ minn fost 3,112 test, biex bħalissa hawn 604 każi attivi.
B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,146,206 testijiet.
Ingħataw ukoll 786,015-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 408,546 persuna ħadu l-ewwel doża u 405,578 persuna huma kompletament imlaqqma.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 41 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, tlieta minnhom fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Qalu wkoll li anzjana ta’ 62 sena u anzjan ta’ 91 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.